Merhba

San Publju

Patrun tal-Floriana

varaIl-Parroċċa tal-Floriana hija ddedikata lil San Publju Martri, l-ewwel Isqof ta' Malta. Din hija l-ġrajja li biha il-poplu Malti, u b'mod partikolari San Publju, jingħata referenza fil-Bibbja.

"F'dawk l-inħawi kien hemm l-oqsma tal-prinċep tal-gżira, li kien jismu Publju. Dan laqagħna u bil-qalb kollha żammna għandu tlitt ijiem. Missier Publju nzerta mixħut, marid bid-deni u d-disenterija. Pawlu daħal ħdejh, għamel talba, qiegħed idejh fuqu u fejqu. Wara dan ukoll bdew ukoll jersqu għandu l-morda l-oħra tal-gżira, u hu fejjaqhom. Tawna wkoll minn kull xorta ta' ġid, meta ġejna biex nitilqu, għabbew fuq il-ġifen kull ma konna neħtieġu." Atti 28: 7-10

Il-festa liturġika ta' San Publju tiġi ċċelebrata fit-22 ta' Jannar, filwaqt li l-festa proprja ssir żewġt iĦdud wara l-Għid Imqaddes u tiftaħ l-istaġun tal-festi Maltin. Għal kull festa jitkantaw bosta innijiet, fosthom l-Antifona miktuba minn Vincenzo Bugeja fl-1860, O Melitae Digna Proles.

Is-sur Nathan Hart li jgħix Des Moines, Washington ġewwa l-Amerika, kiteb storja qasira u nteressanti fuq il-wasla tal-Kristjaneżmu f'Malta. Tista tniżżilha billi tagħfas hawn.

Xi Dettalji fuq il-Ħajja ta' San Publju:

- twieled f’Malta minn ġenituri nobbli Maltin (kien l-ewwel wild tagħhom)

- Missieru kien wieħed mill-aqwa sinjuri ta’ Malta tant li kien gvernatur u kellhu bosta oqsma.

- Id-dar urbana tagħhom kienet fl-Imdina fejn illum hemm il-Knisja Katidrali.

- Il-villa tagħhom kienet tinsab fejn illum hemm il-Knisja ta’ San Pawl Milqi f’Burmarrad.

- Studja f’ħafna oqsma u pajjiżi fosthom f’Atene, Marsal u Sqallija.

-Wara missieru laħaq ta’ eta` żgħira Prinċep ta’ Malta.image1

- Fis-sena 60 A.D. laqa’ lil San Pawl u lill-ekwipaġġ wara n-nawfraġju u żammhom għandu bil-qalb għal tlett ijiem(damu 3 xhur f’Malta). San Pawl fejjaq lil missier Publju minn deni u diżenterija. (Atti: 28)

- Wara dan l-avveniment Publju ikkonverta għal nisrani (minħabba li kien pagan), għen lill-Maltin u b’hekk Malta saret Kattolika. Irċieva l-magħmudija u ġie ordnat l-ewwel Isqof ta’ Malta.

- Wara dan iż-żmien intbagħat bħala t-tieni Isqof f’Atene wara l-Isqof Dijonisju li miet immarterizzat. Atene kienet magħrufa bħala l-aktar Belt fejn kien hemm ħażen u għorrrief u qerq. Hemmek ikkumbatta ħafna biex xerred il-Kristjaneżmu ma diversi nies u minkejja kollox ma beżax ixandar lil Gesu` Kristu.

- F’Atene dam Isqof għal madwar 38 sena u miet għal Alla bil-martirju ta’ l-iljuni fl-eta` kbira ta’ 92 sena taħt il-ħakma ta’ l-imperatur Adrijanu fis-sena 125 A.D. fil-21 ta’ Jannar.

Leġġenda jew Verita'?

martirju

Dawn il-grajjiet seħħew madwar elfejn sena ilu u għalhekk wieħed jista’ jiddubita minnhom. Minkejja l-ħafna kittieba li kitbu fuq San Publju kellhom informazzjoni valida u li taqbel. Oħrajn moderni ħawdu bil-kbir. Waħda mit-taħwid li jintqal hu li Publju t’Ateni mhux dak tagħna għax meta miet jiġi li kellu fuq il-mitt sena jew inkella hawn min jgħid li meta tistaqsi fuq San Publju fil-Greċja, il-Griegi jgħidulek li ma jafux bih. Il-kawża ta’ l-ewwel kontroversja hija minħabba li xi ħamsin sena wara li miet Publju tagħna,  laħaq isqof Arjan taħt l-Imperatur Mark Awrelju, jigifieri mhux l-istess imperatur Adrijanu li Publju tagħna miet fi żmienu. Dan l-isqof Arjan inzerta kien jismu Elio Publio Giulio u b’hekk xi kittieba ħalltuh ma l-isqof Publju tagħna u allura ġie li għex xi 155 sena, eta` impossibli. Dwar it-tieni kontroversja huwa veru l-fatt li l-Griegi jekk issaqsihom fuq Publju ta’ Malta jgħidulek li ma jafu xejn, dan għaliex fil-kalendarju tagħhom warrbu l-qaddisin tal-Knisja Rumana u żammew biss il-qaddisin Griegi.

Din l-informazzjoni imqassra hi kollha dokumentata, miktuba minn għorrief storiċi fosthom Socrate u oħrajn bħal San Krisostmu u San Beda eċċ... Dawn kollha huma approvati mill-Knisja.

San Publju ingħata bosta titli ta’ tifħir minn dawn l-għorrief, fosthom Tu Honorificienta’ populi nostril li tfisser Int il-ġieħ tal-poplu tagħna u l-antifona tiegħu tibda biex issellimlu O Melitae digna proles li tfisser O iben denn ta’ Malta. Athenis clara lux – tixħet dawl u dija fuq Atene u ħafna ħafna oħrajn..

Mela jekk verament tħobbu lil San Publju tagħtux kas tal-ħafna qlajjiet li jintqalu imma emmnu u serrħu raskhom għax SAN PUBLJU HU MALTI BĦALNA, L-EWWEL ISQOF TA’ MALTA, IT-TIENI ISQOF F’ATENE U MARTRI. Injoraw il-qlajjiet, għax hi ta’ min jistħi li ħafna nies ma jafux dwar dan il-qaddis kbir u protettur ta’ Malta. Għalhekk intom li tħobbu lil San Publju itolbuħ għax permezz ta’ Alla jaqla’ ħafna grazzji u tibżgħux ixxandruh bħala l-ewwel qaddis Malti bħalna! Inkunu kburin li fis-sema għandna lil Publju bħala rappreżentant tagħna l-Maltin, u lilu għandna nitolbu f'mument ta' bżonn.

Nota: Din l-informazzjoni nteressanti hi xogħol Antoine J. Hili u ġiet meħuda mill-ktieb miktub minn Antonio Agius dwar San Publju Martri.

 

Tista 'tiddownlowdja' parti mill-Antifona. Agħmel right click fuq il-link t'hawn taħt u agħżel 'Save target as".

Download

 

O Melitae Digna Proles

O Melitae digna Proles

Princeps et Antistes noster

Publi, Athenis clara lux,

fer quasesumus Christi,

gratiae patrocinium,

ut de hostibus animae

et corporis triumphantes;

ad vitae aeternae praemium

pervenire valeamus.

V. Meritis et precibus Beati Publi. Alleluia,

R. Propituis esto Domine clero et populo tuo. Alleluia.

Maqlub għal-Malti

 

O Publju Iben Nobbli,

Prinċep u Isqof ta' Malta,

dawl u dija għal Atene,

tifrex fuqna l-ħarsien

tal-grazzja ta' Kristu,

sabiex, rebbiħin fuq

l-għedewwa tar-ruħ u

tal-ġisem, inkunu nistgħu

naqilgħu l-premju

tal-ħajja eterna.

V. Għall-merti u t-talb ta' Publju. Alleluia.

R. Ħenn Mulej għall-kleru u l-poplu tiegħek. Alleluia.

 

 

Tista 'tiddownlowdja' parti mill-Innu Popolari. Agħmel right click fuq il-link t'hawn taħt u agħżel 'Save target as".

Download

 

Innu Popolari lil San Publju

 

Ejjew magħna o Maltin ħutna ngħaqdu

Biex lil Publju nfaħħru lkoll

Bħala wliedu flimkien fis ninġabru

u kull wieħed ilsienu jkoll.

 

Ta' Malta kbir protettur

tagħna Int glorja u unur.

 

Ta' dil-gżira inti kont prinċep għani

Magħżul ġejt sabiex tagħha ssir ragħaj;

U b'kull għerf minn tas-sema mżejjen

Ta' dil-merħla Int sirt xempju ħaj.

 

Rit.

 

Kif fil-fidi mħaddna rajt f'Malta

Hemm f'Atena komplejt għal Ġesu

Tikkumbati l-għorrief tant qarrieqa

Kollha fik dehru jiddu l-virtu'!

 

Rit.

 

Sew kif ħajtek mort tagħti għal Alla

Għalih int ukoll mewtek mort tajt

Qalb l-iljuni mbiċċer u mtertaq

Lilu xxandar sa l-aħħar nifs bqajt.

 

Rit.

 

Xejn ma jiswa li għaddew bosta sekli

Malta, O Publju żgur qatt ma tinsiek

Ir-rebbieħa fuq l-għadu lilha oħroġ

Biex bħal dejjem tiftaħar tmur bik.

 

Rit.

 

 

Poeżija lil San Publju
miktuba minn Josef Sant, Abbati.


O San Publju missier tagħna
Aħna wliedek inħobbuk.
Lesti li nindmu minn kollox
Biex inkunu lkoll nixbħuk.

Dan is-subborg lilek ifaħħar
Għaliex inti l-patrun tiegħu.
Għal warajk huwa msaħħar
Bil-poplu kollhu miegħu.

Int kont prinċep ta' dil-gżira
Li l-Pawlu għandek ilqajt,
Żammejtu għandek b'qalb kbira
U daqs ħuk lilhu int stmajt.

Għal kemm lejn Atene inti tlaqt
Lill-patria tagħna qatt ma nsejt.
L-imħabba u l-għaqda lilha xtaqt
Biex nagħmlu dan int insistejt.

Fl-art l-għorrief ħallejt ħajtek
Qalb l-iljuni imbiċċrin.
Il-bogħod minn art twelidek
U min niesek il-Maltin

Hemm fis-sema inti qiegħed
Ma ġenb Kristu is-sultan.
Waqt li l-ħażen minnha tbiegħed
Tħares lejna b'wicc daħkan.

Ejjew maltin flimkien nitolbu
Lil dan qaddis Malti bħalna,
Li lkoll aħna nħobbu
Nitolbuh biex jibqa f'qalbna!