Merhba

Messaġġ ta' l-Arċipriet

Arcipriet

Gheżież Furjaniżi
Il-PROSIT LI QLAJT NGĦADDIHA LILKOM. Din is-sena, ħafna iżjed minn snin oħra, ħassejtu li l-festa ta’ San Publju kienet tassew suċċess, kienet tassew festa denja tas-sena ċentinarja, kemm dik li għanmilna f’Jannar kif ukoll dik li għamilna f’Mejju. Dan jien nista’ nixhdu mis-sodisfazzjoni li esprimejtu mieghi personalment u mill-kor ta’ prositijiet li jiena qlajt ghall-festa ta’ din is-sena. Jien nghid ghalija apprezzajt is-sodisfazzjon taghkom u wkoll ir-ringrazzjamenti li għamiltuli. Ħafna wkoll qaluli li tassew kien xieraq li immeritajt it-Tonna Trophy. Min-naha tiegħi, il-prosit, waqt li napprezzaħ personalmenmt, nixtieq nagħtiha lil dawk kollha li ħadmu biex kellna l-festa li tant fraħna biha. Prosit lilkom ħuti.


KELLI FERĦ U KELLI DIŻAPPUNT. Qed nikteb dan il-messaġġ fl-aħħar ġurnata tat-tberik tal-familji fi zmien l-Għid. Hriġna nbierku jien u Dun Ġwann. Ħafna mir-residenti sibnihom ġo darhom u kellna ċ-ċans nitolbu u nitkellmu magħhom. Xi wħud minnhom issibhom kull sena u kull sena jkunu jistennewk. Tifraħ li ssir tafhom aħjar u ssegwihom aktar mill-qrib.  Żorna djar u ħabbatna bibien li ma niftakarx meta l-ahhar li nfethu. Xi bibien ma niftakar li fetħuli qatt. Minn jaf kemm-il sular tarag tlajna ghall-xejn u kien hemm xi whud li ndunajna li kienu hemm imma xorta ma fetħux. Jien ghalija t-tberik inqisu importanti ħafna ghall-pastorali tieghi magħkom, imma fi żmien it-tberik ikolli ferhat u diżappunti.


PELLEGRINAĠĠI U PURĊISSJONIJIET. Dawn ngħamluhom biex nuru l-preżenza tal-Knisja ‘l barra mill-ħitan tal-knisja; biex naru l-fidi tagħna fil-beraħ tat-toroq. Ħafna jiehdu sehem u mingħajr mistħija jitolbu fit-toroq u jimxu wara l-Madonna jew wara Ġesu` Sagramentat bil-qima u bil-fidi. Dan iqawwili qalbi biex inkompluhom. Hemm, pero`, xi ħaġa li  tnikkitli qalbi. Għaliex min ikun fit-toroq jarana ma jagħmel l-ebda sinjal ta’ qima, imma jibqa’ għaddej qisu m’hu għaddej xejn, jibqghu bil-qegħda wkoll meta jkun għaddej Ġesu` Sagramentat? Ghaliex l-ebda sinjal ta’ rispett? Kultant tgħaddi persuna mit-triq nikluha bil-hars imma jgħaddi s-Sagrament, nistħu nħarsu. Aħfrilna nitolbuk Mulej, int ukoll o Madonna.

 

X’SODISFAZZJON SE JKOLLNA! Żewġ saċerdoti Furjaniżi ġodda se jkollhom il-festa f’dan ix-xahar. Nawguraw lilhom u lill-familji tagħhom u lill-familja Furjaniza. Tassew din is-sena fiha minn kollox. U frahna wkoll bir-rebh tal-U*bet F.A.Trophy. Tassew sena fiha minn kollox. Ċentinarja kompleta.

 

Fr. Richard Borg.

Arċipriet tal-Floriana.


 

Niżżel il-fuljett "Qalb Waħda" minn hawn.

 

Fittex bil-Google

Google
florianaparish@yahoo.co.uk

© Christian Psaila 2011

Aggornata l-aħħar 7/7/2011